Tikolx dawn il-prodotti jekk allerġiku għall-ħalib

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed javża li m’għandhomx jittieklu ċerti tipi ta’ zalzett u sausage rolls peress li għandhom ingredjent tal-ħalib mhux iddikjarat fuq it-tikketti.

F’avviż maħruġ mid-Direttorat, intqal li dawk allerġiċi jew intolleranti għall-ħalib m’għandhomx jikkunsmaw minn dawn il-prodotti:

Isem tal-prodotti:No Porkies Sausages (pakketti ta’ 8; użin: 200g) No Porkies Sausage Rolls (pakketti ta’ 6; użin: 600g) No Bull Bolognese (użin: 350g)
Dati tad-durabbilità:Id-dati kollha

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 2133 7333 mit-8am sas-2.30pm jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.