Tikolx dan il-prodott minħabba Salmonella

Attent jekk xtrajt dan il-prodott għax jista’ jkun fih is-Salmonella. Fi stqarrija d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qal li l-prodott Fruit & Nut Bar: Brazil & Sultana with peanuts and almonds m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li wieħed mill-ingredjenti ta’ ġo fih (brazil nuts) huwa potenzjalment ikkontaminat bil-mikrobu Salmonella.

Is-Salmonella huma grupp ta’ mikrobi li jistgħu jwasslu għall-avvelenament fl-ikel jekk jiġi kkunsmat ikel ikkontaminat. Sintomi jinkludu deni, dijareja, remettar u ugigħ fl-istonku.

Isem tal-prodott:Fruit & Nut Bar: Brazil & Sultana with peanuts and almonds
Ditta:Eat Natural
Data tad-durabbilità:Id-dati kollha minn Awwissu 2020 sa l-aħħar ta’ Ġunju 2021
Użin:Bars ta’ 50g

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333