Tikolx dan il-prodott għax “togħma ta’ fuel”

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qal li l-prodott Nigerian Brown Beans tad-ditta African Beauty m’għandux jiġi kkunsmat peress li jista’ jkun li għandu riħa u togħma ta’ fuel.

Fi stqarrija d-Direttorat qal li l-importazzjoni ta’ fażola min-Niġerja mhix awtorizzata.

Isem tal-prodott: Fażola kannella
Ditta: African Beauty
Data tad-durabbilità: 01/12/2021 u oħrajn
Numru Lott: 719 u oħrajn
Użin: 900.0g
Oriġini: Niġerja via l-Olanda

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 2133 7333.