Tikolx dan il-muesli għax fih kimika mhux approvata

Id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali ħareġ avviż fuq muesli bar bil-ġellewż li fih kimika partikolari li mhijiex approvata.

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika ħabbar li wara informazzjoni li rċieva, l-ewwel mingħand il-kummerċjant u anke permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni b’pestiċida (Ethlyene oxide) fil-ġunġlien li fih l-istess prodott. 

F’dawn l-aħħar ġimgħat instab li l-kimika ethylene oxide setgħet kienet qed tintuża biex tikkontrolla xi mikrobi fil-ġunġlien esportat mill-Indja. Madankollu, l-użu ta’ ethylene oxide mhux approvat.
Prodott:Muesli Bar Hazelnut; Nocciola senza zuccheri aggiunti
Ditta:Crownfield
Piż:200g (8 x 25g)
Jiskadi:10/11/2020 – 24/11/2020 – 08/12/2020 – 20/12/2020 – 03/02/2021 – 17/02/2021 – 31/03/2021 -04/05/2021 – 05/07/2021 – 09/08/2021 – 30/08/2021 – 15/09/2021 – 18/10/2021 – 30/10/2021