Tikolx dan il-ful għax fih ħafna pestiċida

Il-pubbliku m’għandux jiekol il-ful imqaxxar ta’ wieħed mil-lotts tad-ditta Mill-Kċina taz-Zija. Dan għalih fih ħafna pestiċida.

Fi stqarrija, l-Awtorità għall-Konsumatur qalet li dan il-prodott ġie rtirat mis-suq peress li nstab li fih il-preżenza ta’ residwu ta’ Benzalkonium chloride li jaqbeż il-livell massimu preskritt tal-pestiċida.

Il-prodotti affetwati huma dawk tal-‘Ful imqaxxar’ disponibbli f’pakketti ta’ 450g tal-marka ‘Mill-Kċina taz-Zija’, lott: CA26419 bid-data best before 30.09.2021.

Min laħaq xtrah għandu jirritornah għand tal-ħanut.

Għal aktar informazzjoni jew mistoqsijiet oħra, tista’ tikkuntattja l-MCCAA fuq marketsurveillance@mccaa.org.mt.