Tiklux dan il-ġewż biż-żbib minħabba livell għoli ta’ pestiċida

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali avża li m’għandux jittiekel ġewż imħallat biż-żbib tad-ditta Meray peress li nstab li dan għandu livelli għoljin ta’ pestiċida fiż-żbib użat.

Dan wara informazzjoni li rċieva d-Direttorat permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf.

Deskrizzjoni tal-prodott:Studentenfutter Nut Mixture with raisins –
Taħlita ta’ ġewż imħallat biż-żbib
Ditta:Meray
Użin:150 gramma
Lots:2000084520001057

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 2133 7333 mit-8am sas-2.30pm jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.