Tikkunsmax din il-pizza jekk allerġiku għall-ħalib

Id-Direttorat tas-Saħħa ħareġ avviż fuq pizza li m’għandhiex tiġi kkunsmata minn dawk allerġiċi jew li ġisimhom ma jittollerax il-ħalib, peress li jista’ jkun li fiha ħalib li mhux iddikjarat fuq it-tikketta.

Isem tal-prodott:Houmous Pizza (284g)
Houmous Style Pizza (284g)
Italian Garden Pizza (282g)
Mediterranean Pizza (382g)
Ditta:NO CHEESE
Data tad-durabbiltà:Id-dati kollha
Oriġini:Renju Unit

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru 2133 7333 mit-8am sas-2.30pm jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab f’Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.