Tikkunsmax dan l-ikel

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika appella biex il-pubbliku ma jikkunsmax iċ-Chicken Popsters tad-ditta Iceland.

Fi stqarrija d-Direttorat qal li wara informazzjoni li rċieva l-ewwel mingħand l-importatur u wara permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, intqal li l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li potenzjalment huwa kkontaminat bis-Salmonella.

Isem tal-prodott:Iceland Southern Fried Chicken Popsters
Ditta:Iceland
Data tad-durabbilità:BB 04.04.21
Użin:220g
  

Is-sintomi kkawżati mis-Salmonella normalment jinkludu deni, diarrhoea u uġigħ ta’ żaqq.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq  2133 7333 mit-8am sas-2.30pm jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri fl-uffiċċju tal-istess Direttorat ġo Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.