Tikkunsmax dan l-energy drink

L-energy drink tad-ditta Monster Lewis Hamilton m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibilità ta’ livell għoli tal-addittiv propylene glycol (E1520).

Fi stqarrija, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qal li dan japplika għal-lottijiet kollha u għad-dati ta’ skadenza kollha ta’ dan l-energy drink.

Għal iktar informazzjoni, wieħed jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8.00am sas-2.30pm jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.