Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, informa lill-pubbliku li dan iż-żejt tal-palma m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih kulur mhux awtorizzat.
Isem tal-prodott: | Palm Oil (Palma de aceite puiro de Ghana) | ||
Ditta: | MP Zomi Oil | ||
Data tad-durabbilità: | 31/12/2019 | ||
Lott: | WA0060K16 (12191281) | ||
Użin: | 1 litru |
Id-direttorat qal li ġie mgħarraf b’dan il-prodott wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf li tintuża fl-Unjoni Ewropea.
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.
Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab f’Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.