Tikkunsmax dan iż-żejt tal-ġunġlien

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, informa lill-pubbliku li m’għandux jagħmel użu miż-żejt tal-ġunġlien – Econatureli, dan wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf.

Jirriżulta li l-prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibiltà ta’ kontaminazzjoni b’pestiċida (Ethlyene oxide) fil-ġunġlien użat fil-produzzjoni tal-istess żejt.

F’dawn l-aħħar ġimgħat nstab li l-kimika ethylene oxide setgħat kienet qed tintuża biex tikkontrolla xi mikrobi fil-ġunġlien esportat mill-Indja. Madankollu, l-użu ta’ ethylene oxide mhux approvat, sostna d-direttorat.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8am sas-2.30pm jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt.