Tikkunsmax dan ir-riegnu

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed javża li r-riegnu msemmi m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstabu fih livelli għoljin ta’ pyrrolizidine alkaloids.

 L-isem tal-prodott hu Oregano tad-ditta Miras li jiżen 120 gramma. Il-prodott jiskadi fil-31 ta’ Diċembru tal-2021 u l-lott tiegħu huwa L.189.S.H.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq  2133 7333 mit-8am sas-2.30pm jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri fl-uffiċċju tal-istess Direttorat ġo Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.