Tikkunsmax dan il-prodott; fih il-moffa

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed javża lill-pubbliku biex ma jikkunsmax dan il-prodott għax fih xi moffa.

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, instab li dan il-prodott fih livell għoli ta’ aflatossina. Dan hu tip ta’ moffa li tikber f’postijiet sħan u bi klima umduża.

Deskrizzjoni tal-prodott:Ogbono (mitħun)
Data tad-durabbiltà:01/11/2021
Użin:100g
Lott:GO73/19/298

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefown 2133 7333 mit-8am sas-2.30pm, jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab fil-Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook jew is-sit uffiċjali għal informazzjoni simili.