Tikkunsmax dan il-prodott

Il-prodott Mix Semi Tostati Biologici tad-ditta Pensa Bio m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibilità ta’ kontaminazzjoni b’pestiċida fil-ġunġlien.

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali avża li f’dawn l-aħħar ġimgħat instab li l-kimika ethylene oxide setgħet kienet qed tintuża biex tikkontrolla xi mikrobi fil-ġunġlien esportat mill-Indja. L-użu ta’ din il-kimika mhux approvat.

Il-prodott affettwat, li huwa taħlita ta’ żerriegħa bijoloġika inkaljata, jiżen 250 gramma u jiskadi fl-4 ta’ Mejju 2021. In-numru tal-lott huwa TMC 04/05/2021

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 21337333 mit-8am sas-2.30pm jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt