Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika ħareġ avviż biex ma jiġix ikkunsmat dan il-ġobon minħabba li jista’ jkun ikkontaminat bil-mikrobu Clostridium botulinum.
Id-direttorat qal li rċieva din l-informazzjoni permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf. Il-Clostridium botulinum huwa mikrobu li jipproduċi tossina perikoluża li titrabba f’ċerti kundizzjonijiet u li tista’ tkun letali jekk tkun ikkunsmata f’ammonti sostanzjali u ma tingħatax il-kura meħtieġa fil-pront. Il-botuliżmu fl-ikel jista’ jirriżulta minn ikel li ma jkunx ipproċessat sew.
Deskrizzjoni tal-prodott: | Ġobon li jidellek b’togħmiet differenti |
Isem tal-prodott: | Primula Cheese Spread |
Ditta: | Primula |
Oriġini: | Ingilterra |
Varjetajiet: | Original Cheese Spead Light Cheese Spread Cheese Spread with Jalapenos |
Użin: | Tubi ta’ 150 gramma |
Dati tad-Durabbiltà: | Id-dati kollha mill-25 ta’ Diċembru 2020 sa u inkluż it-28 ta’ Jannar 2021 |