Tikkunsmawx dan il-prodott jekk allerġiċi għall-ħalib

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika ħabbar li xi ikel Ċiniż m’għandux jittiekel minn persuni li huma allerġiċi jew intolleranti għall-ħalib, minħabba li nstab li fih ingredjent tal-ħalib li mhuwiex iddikjarat fuq it-tikketti.

Isem tal-prodott:Iceland Takeaway No. 26 Chinese Banquet
Piż:Pack Size: 1.22kg (2 x 375g + 350g +120g)
Lott:Lottijiet kollha
Data tad-durabbiltà:Id-dati kollha

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 2133 7333 mit-8am sas-2.30pm, jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku huwa mistieden ukoll iżur il-paġna tal-Facebook tal-istess Direttorat jew is-sit uffiċjali għal informazzjoni simili.