Tikkunsmawhx għax tirriskjaw overdose

Il-prodott Brutal Anadrol, li hu suppliment tad-dieta, iġorr miegħu riskju ta’ overdose minn aċidu nikotiniku.
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali wissa direttament lill-konsumaturi biex dan il-prodott ma jiġix ikkunsmat.
Dan għaliex il-kumpanija li tbiegħu laħqet biegħet il-kunsinna kollha.
Il-prodott hu f’forma ta’ bott ta’ 90 kapsula, li jiżen 72 gramma.
Hu magħmul mid-ditta BioTech USA u għandu d-data ta’ durabilità sal-31 ta’ Mejju 2016. In-numru tal-lott tiegħu hu 130607.
Iktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-uffiċċju tas-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru 21337333 mit-8.00am sas-2.30pm jew billi tintbagħat imejl fuq mhi@gov.mt