Tikkunsmahx jekk allerġiku jew intolleranti għall-ħalib

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, appella biex il-pubbliku ma jikkunsmax dawn ir-Rice Cake Bars jekk ikunu allerġiċi jew intolleranti għall-ħalib. Dan minħabba li nstab li fih traċċi tal-ħalib li mhuwiex iddikjarat fuq it-tikketta.

Fi stqarrija, id-Direttorat qal li rċieva l-informazzjoni permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf li jsir skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ewropew.

Dettalji tal-prodott:

Isem tal-prodott:Hazelnut & Chocolate flavoured rice cake bars
Ditta:Kelkin
Dati tad-durabbiltà:Id-dati kollha
Numru tal-Lott:Kollha
Daqs:120g (6x20g)

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq  2133 7333 mit-8am sas-2.30pm jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri fl-uffiċċju tal-istess Direttorat ġo Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.