Tikkunsmahx jekk allerġiku għall-mustarda

Min hu allerġiku għall-mustarda m’għandux jikkonsma ċ-Chicken Dippers tad-ditta Big Al’s.
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali avża li dan il-prodott, li jiżen 378 gramma, fih mustarda li mhix iddikjarata fuq it-tikketta.
Il-prodott li hemm l-avviż dwaru jiskadi f’Ottubru 2018.
Parti mill-konsenja laħqet inbiegħet.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 2133 7333 mit-8am sas-2.30pm.