Tikkunsidra tgħin lil ħaddieħor?

L-appelli li jsiru ta’ kuljum għad-donazzjonijiet tad-demm qed iħallu l-frott, iżda mhux biżżejjed biex jissodisfaw il-bżonn attwali għal min jinħtieġu, partikolarment mill-morda bil-kanċer u mard kroniku ieħor. Quddiem dan il-bżonn, u fid-dawl li bdejna ż-żmien li fih wieħed jikkonsidra iktar mis-soltu kif jista’ jgħin lil ħaddieħor, Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jieħu l-opportunità biex iħajjar iktar nies jagħtu d-demm bħala opra ta’ karità liema bħalha.

Għaldaqstant dawk li jixtiequ jgħinu b’dan il-mod huma mħeġġa jersqu:

·  fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum (7 ijiem fil-ġimgħa inklużi festi pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm.

· fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar il-Ħadd 1 ta’ Marzu bejn it-8:30am u s-1:00pm ser ikun f’ Pjazza Medjatriċi, maġenb il-knisja parrokkjali ta’ Ħaż-Żabbar.

· fil-Berġa tax-Xewkija li nhar il-Ħadd 1 ta’ Marzu ser tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm

Huwa importanti li wieħed iġib il-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.