“Tikkundannawx lil min jipprovdi s-servizzi finanzjarji minħabba Mizzi u Schembri”

L-Ewroparlamentari Nazzjonalista Therese Comodini Cachia saħqet li dawk  li jipprovdu s-servizzi finanzjarji u l-poplu Malti m’għandhomx jiġu kkundannati minħabba Konrad Mizzi u Keith Schembri.
Waqt dibattitu fil-Parlament Ewropew fi Brussell, Comodini Cachia qalet li hu fid-dmir ta’ kull persuna fil-politika, kemm f’Malta kif ukoll fl-Ewropa, li tikkundanna l-aġir kodard tal-politiċi u persuni pubbliċi li nqabdu fl-iskandlu tal-Panama Papers.
Dwar dak li qed jintqal fi Brussell dwar l-involviment tal-Ministru Konrad Mizzi u l-Kap tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri, l-MEP Nazzjonalista saħqet li l-aġir tagħhom ma jirrapreżentax lill-politiċi kollha.