Tikkonsmax dan il-prodott minħabba riskju ta’ epatite

MCCAA

L-Awtorità tal-Konsumatur (MCCAA) qed tappella lill-pubbliku biex ma jikkonsmax il-prodott Chewable Hair Vitamins minħabba li hemm riskju li wieħed jimrad bl-epatite.

Fi stqarrija l-Awtorità tal-Konsumatur qalet li l-prodott huwa Chewable Hair Vitamins mill-kumpanija Hairburst mill-Ingilterra.

Id-data sa meta l-prodott speċifiku jgħid għandu jiġi kkonsmat hija Mejju 2020. Il-lott huwa BN EJ 0902M38. Dan il-prodott m’għandux jiġi kkonsmat.

L-MCCAA qalet li l-kawża tas-severe acute hepatits għadha ma ġietx determinata mill-Aġenzija tas-Saħħa Franċiża ANSES. In-notifika oriġinali dwar il-periklu ħarġet fil-21 ta’ April 2020.