Tikkonsmax dan il-prodott jekk allerġiku għall-mustarda

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmijin prodotti m’għandhomx jiġu kkunsmati minn persuni li huma allerġiċi / intolleranti għall-mustarda, minħabba li nstab li fihom mustarda li mhix iddikjarata fuq it-tikketta.

Deskrizzjoni tal-prodott:Mango Pickle in Oil
Ditta:Ahmed Foods
Deskrizzjoni tal-kontenitur u użin:Vażetti tal-ħġieġ ta’ 330gKontenituri tal-plastik ta’ kilo
Data tad-durabbiltà u n-numru tal-lott:Vażetti ta’ 330g – 30 April 2022 ; Lott 036022-281FAKontenituri ta’ kilo – 28 Frar 2022; Lott 034066-161A

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook  jew is-sit uffiċjali għal informazzjoni simili.

Dan it-tagħrif twassal mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali.