Tikkonsmax dan il-prodott jekk allerġiku għall-glutina

Read in English.

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qal li l-prodott ta’ Cipster Sfogliatine di patate fritte m’għandux jiġi kkonsmat minn persuni li huma allerġiċi jew intolleranti għal ċereali li fihom il-glutina, minħabba li nstab fih glutina mhux iddikjarata.

Il-prodott laħaq inxtara mill-konsumaturi.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 21337333 jew jibgħat imejl lil mhi@gov.mt.

Id-dettalji tal-prodott:

Isem: Sfogliatine di patate fritte

Ditta: Cipster

Użin: 85g

Dati tad-durabbilità: 31/10/2018; 31/01/2019 u possibilment ukoll 30/11/2018 u 31/12/2018

Oriġini: Italja