Tikkawża ħsarat fuq vann tal-pulizija; tinħeles mill-arrest

Il-Mara Kolombjana ta’ 35 sena inħelset mill-arrest wara li kmieni dalgħodu kkawżat ħsarat fuq karozza privata u vann tal-pulizija.
Il-każ seħħ fl-4:30am fi Triq Santu Wistin f’San Ġiljan, meta l-mara Kolumbjana qalgħet mera’ ta’ karozza. Għaldaqstant is-sid ma riedx jieħu kumpens tal-ħsarat.
Il-ħsarat ikkawżati fuq il-vann tal-pulizija ma jaqbżux il-€500.
Għaldaqstant il-mara ingħatat il-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €2,000, kif ukoll bil-kundizzjoni li tmur tiffirma l-għassa ta’ San Ġiljan nhar it-Tnejn, l-Erbgħa u s-Sibt bejn it-8am u t-8pm.