Tikber l-għażla tal-inbejjed Santa Carolina

Wara s-suċċess tal-inbejjed Premio u Vistaña ta’ Santa Carolina, Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Limited bi pjaċir qed tħabbar iż-żieda tal-għażla ta’ nbejjed minn dan il-produttur miċ-Ċilì, rebbieħ ta’ diversi unuri: Cellar Selection, Reserva u l-inbid ikoniku Carmenère Herencia.
L-inbid Santa Carolina hu parti integrali mill-istorja tal-inbid taċ-Ċilì, bi tradizzjoni ta’ aktar minn 140 sena. Kien stabbilit fl-1875 minn Luis Pereira li semmieh għal martu Carolina Iñiguez. Matul is-snin, il-kwalità u l-konsistenza tal-inbejjed Santa Carolina ġew rikonoxxuti minn opinjonisti ewlenin influwenti u dawn wassluh biex kiseb midalji tad-deheb, premjijiet, punti għolja u l-Premju għall-Aħjar Prodott f’kompetizzjonijiet internazzjonali importanti u f’pubblikazzjonijiet spjeċjalizzati.
L-inbid ikoniku Herencia vintage 2010 ingħata 94 punt u kien “L-Għażla tal-Editur” tal-magazin Wine Enthusiast. Kien rikonoxxut ukoll mill-ġurija tal-Isfida Internazzjonali tal-Inbid fl-Ingilterra, li tatu t-trofew taċ-“Chile’s Best Carmenère”.
Il-pubblikazzjoni influwenti tal-Istati Uniti, Wine Enthusiast, iddistingwiet l-inbid Santa Carolina bħala ‘New World Winery’ tas-sena fl-edizzjoni tal-2015 tal-Wine Star Awards.