“Tikber kemm tikber, iż-żgħir tagħna tibqa'”

Ritratt: Facebook/KurtMagri

Awguri lill-atturi Kurt Magri li llum qed jiċċelebra għeluq id-29 sena tiegħu. Twieled bħal-lum l-20 ta’ Ġunju tal-1991.

“Tikber kemm tikber iż-żgħr tagħna tibqa'” kitbet fil-messaġġ ta’ awgurju tagħha oħtu Doriette Buhagiar hekk kif wriet ritratt tagħha ma’ ħuha Kurt u oħthom, Melanie Magri. Doriette hija omm l-attur Aiken Buhagiar, li bħal Kurt narawh fis-sensiela Division 7.

Huwa deher f’numru ta’ produzzjonijiet oħra fosthom ukoll Aenigma u Il-Miraklu ta’ Ħal-Saflieni.

Awguri Kurt!