Tikber it-tensjoni bejn l-Arabja Sawdija u l-Iran

L-Arabja Sawdija ordnat lid-diplomatiċi Iranjani kollha biex iħallu l-pajjiż fi żmien 48 siegħa, wara li l-mexxej tal-komunità Xita Sawdija, ix-xejk Nimr al-Nimri, ingħata l-piena tal-mewt.
Wara d-demostrazzjonijiet li saru quddiem l-Ambaxxata Sawdija f’Teran, il-Ministru Sawdi għall-Affarijiet Barranin qal li l-Arabja Sawdija temmet ir-rabtiet diplomatiċi tagħha mal-Iran.
Nhar is-Sibt, Xejk Nimr al-Nimri u 46 persuna oħra ngħataw il-piena tal-mewt wara li nstabu ħatja li wettqu reati marbuta mat-terroriżmu.
Dan wassal għal iktar tensjoni tant li dimostranti fl-Iran taw in-nar lill-Ambaxxata.