Tikber il-qawsalla tal-bloggers ta’ Newsbook.com.mt

Newsbook.com.mt se jkompli jsaħħaħ it-tim ta’ bloggers tiegħu biż-żieda ta’ diversi persuni li jirrappreżentaw ideat u pożizzjonijiet differenti fis-soċjetà.
Id-direzzjoni ta’ Newsbook.com.mt se tkompli taħdem biex dan il-portal jipprovdi qawsalla ta’ ideat li għandhom ikabbru d-djalogu mal-qarrejja.
John Baldacchino huwa Professur u Direttur tal-Arts Institute, fl-Università ta’ Wisconsin f’Madison. Huwa speċjalista fl-arti, il-filosofija u l-edukazzjoni.
Dr Miriam Sciberras hija ċ-Ċerpersin tal-Fondazzjoni Life Network Malta.
Prof. Alan Deidun huwa bijoloġista tal-baħar u kittieb magħruf dwar l-ambjent.
Marica Mizzi hija l-Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-Caritas.
Nikol Baldacchino huwa ekseditur tal-ġurnal Il-Ġens kif ukoll membru attiv ħafna fil-Moviment Kariżmatiku.
Dr Alex Saliba huwa attivist Laburista li kien il-President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti. 
Il-Perit Simone Vella Linneker hija Viċi President tal-Kamra tal-Periti, perita prattikanti u attivista favur l-ambjent. 
Norman Vella huwa ekskandidat tal-Partit Nazzjonalista, ġurnalist u xandar.
Minbarra dawn il-bloggers se jkomplu jikkontribwixxu l-bloggers preżenti, u oħrajn li mistennija jissieħbu ma' Newsbook.com.mt fil-ġimgħat li ġejjin.