Tikber il-problema ta’ parkeġġ fl-Università

Meta wieħed jidħol fl-Università ta’ Malta, mal-ewwel jinnota n-numru kbir ta’ karozzi pparkjati kemm madwar l-Università kif ukoll fiż-żoni ta’ parkeġġ. Madankollu, l-istudenti universitarji li għandhom karozza ilhom snin jilmentaw bil-problema ta’ parkeġġ.

Jidher li din is-sena, il-problema ta’ parkeġġ fl-università kibret. Dan għaliex għalqa li kienet tilqa fiha numru mdaqqas ta’ karozzi tal-istudenti, issa ingħalqet ukoll.

Tkellimna ma’ Mario Cachia, President tal-Kunsill Studenti Universitarji. Huwa rrikonoxxa il-problema tal-parking, iżda qal li l-problema ewlenija hija n-nuqqas ta’ spazju. Fis-snin li għaddew, l-istess KSU għamel studju biex jinbnew sulari ta’ parkeġġ anke taħt l-art. Cachia qal li minbarra li dan jirrikjedi miljuni ta’ Ewro, ma jkunx proġett sostenibbli.