Tiħux minn dan it-te

It-te tad-ditta Yerba Mate Kharta Khadra m’għandux jiġi kkunsmat.

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ħareġ avviż fejn wissa li f’dan il-prodott instab livell ta’ pestiċida li hu iktar għoli mil-livell stabbilit.

It-te jinbigħ f’pakkett aħdar ta’ 250 gramma u jiskadi fl-4 ta’ Lulju 2021. In-numru tal-lott affettwat huwa B0009791.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 21337333 jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt