“Tiġux il-quddies jekk għandkom l-influwenza”

Djoċesi Kattolika fl-Irlanda ta’ Fuq talbet lill-fidili biex jekk jaħsbu li għandhom l-influwenza ma jersqux lejn knejjes.
Fr Martin Magill, mill-Parroċċa ta’ San Ġwann f’Belfast, irrimarka li jemmen li l-parruċċani se jifhmu t-tħassib tal-parroċċa, u jikkollaboraw.
Barra minn hekk, ġie pprojbit ukoll li wieħed jieħu b’id l-ieħor jew l-oħra waqt l-għotja tal-paċi, għax hu fatt magħruf li l-vajrus tal-influenza jinxtered malajr minn id għal oħra.
Id-djoċesi qalet li dal-parir ingħatalha mill-qasam mediku.
Dawn l-uffiċjali mediċi wissew lill-pajjiż li jista’ jiġrilu l-istess bħalma ġara lill-Awstralja fl-2017, meta mxija qawwija laqtet lill-kontinent.
Lanqas l-inbid mhu se jibqa’ għalissa bħala parti mit-tarbina, għax ladarba dan jittieħed minn kalċi wieħed, iċ-ċans li xi ħadd jinfetta lil xi ħadd ieħor jikber.
Fr Magill insista li l-parruċċani jagħmlu xi ħaġa ta’ ġid biex jgħinu lill-isptarijiet li huma mifnija bin-nies bl-influwenza, u għalhekk dawn l-affarijiet mitluba minnhom jistgħu jkunu dak li jagħmlu biex jgħinu fit-tnaqqis tan-nies fl-isptarijiet.