Tigra fl-Istati Uniti tinstab pożittiva għall-COVID-19

Tigra fil-Bronx Zoo fl-Istati Uniti ttestjat pożittiva għall-coronavirus.

Il-BBC irrapporta kif it-tigra li għandha erba’ snin u jisimha Nadia hija l-ewwel każ magħruf ta’ annimal li ġie infettat minn uman bil-virus. Skont Bronx Zoo, ir-riżultati ħarġu pożittivi mill-Laboratorju għas-Servizzi Veterinarji ta’ Iowa.

Ma’ Nadia jidher li ġew infettati wkoll sitt felini oħrajn wara li ġew f’kuntatt ma’ zoo keeper li kien infettat. Il-felini bdew juru s-sintomi tal-virus lejn l-aħħar tax-xahar li għadda. Jidher li s’issa l-impjegat għadu ma ġiex identifikat.

Fuq Facebook, iz-Zoo spjega li t-testijiet li saru lit-tigra tar-razza Malayan kienu differenti minn dawk li saru fuq persuni umani. Il-veterinarju taz-Zoo, Dr Paul Calle qal li t-testijiet saru fil-laboratorji ta’ skola għall-veterinarji. Insista li wieħed ma jistax jibgħat samples umani f’laboratorju tal-veterinarji u lanqas ma’ tista tibgħat testijiet li jsiru fuq l-annimali f’laboratorji umani.

From Dr. Paul Calle, Bronx Zoo chief veterinarian; "The COVID-19 testing that was performed on our Malayan tiger Nadia…

Posted by Bronx Zoo on Sunday, April 5, 2020