Tiġieġa mimlija bil-faqqiegħ

Riċetta ta' Karmen Tedesco
Ingredjenti:

  • Tiġieġa sħiħa
  • 100gr basal
  • Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
  • 200gr faqqiegħ
  • Kuċċarina trab tal-paprika
  • 2 mgħaref tursin
  • 100gr frak tal-ħobż
  • Bajda waħda
  • 50ml stokk tat-tiġieġ

Metodu:
1. Ġo kazzola poġġi ż-żejt flimkien mal-basal u l-faqqiegħ. Sajjar sakemm jirtabu.
2. Żid il-paprika u t-tursin.
3. Żid il-frakk tal-ħobż, il-bajda u l-istokk. Ifrex it-tiġieġa fuq dixx.
4. B‘imgħarfa poġġi t-taħlita tal-mili. Itwi ż-żewġ naħat tat-tiġieġa u emeż bit-toothpicks.
5. Poġġi fuq dixx tal-forn u sajjar għal siegħa.
Għal aktar riċetti minn Karmen Tedesco segwi l-programm Ta' Kulħadd fuq RTK 103FM kuljum bejn id-9am u 12pm.