Ingredjenti
45g basal imqatta’
1 ras ta’ tewma mqattgħa
50g bżaru aħdar imqatta’
400g tiġieġ imsajjar, mqatta’ kubi
150g tadam sħiħ imqaxxar
60g fażola twila
ponta ta’ kuċċarina trab tal-origanu
Metodu
F’taġen kbir aqli l-basal, it-tewm u l-bżar aħdar sakemm jirtabu.
Żid it-tiġieġ, il-fażola, it-tadam u l-origanu.
Naqqas in-nar u sajjar għal 8-10 minuti waqt li tħawwad il-ħin kollu.
Neħħi minn fuq in-nar u servi.