Tiġieġa Bombay bir-ross

Ingredjenti

130g ross

150g frott imnixxef (sultana u passolina) imqatta’

35g basal imqatta’

2 kuċċarini zokkor

kuċċarina melħ

2 kikkri ilma

tiġieġa mqattgħa biċċiet żgħar

2 mgħaref butir imdewweb

4 kuċċarini trab tal-karì

nofs kuċċarina paprika

Metodu

Saħħan il-forn għal 190˚Ċ (375˚F).

F’dixx tal-forn 22x33cm ħallat ir-ross, il-frott, il-basal, iz-zokkor u l-melħ. Itfa’l-ilma. Irranġa l-biċċiet tat-tiġieġa fuq ir-ross.

F’bieqja żgħira ħallat il-butir, il-karì u l-paprika. Ippinzella din it-taħlita fuq it-tiġieġ. Għatti d-dixx bil-fojl.

Sajjar għal siegħa fil-forn imsaħħan jew sakemm il-meraq tat-tiġieġa  joħroġ ċar u r-ross isir.

Waqt it-tisjir iċċekkja jekk ikollokx bżonn iżżid ftit ilma.