Tiġieġ stil Schnitzel fil-forn

Ingredjenti

1 kuċċarina żejt li tippreferi

6 biċċiet isdra tat-tiġieġ miftuħa

bżar u melħ

100g dqiq

1 mgħarfa paprika

2 bajdiet imħabbtin

250g frak tal-ħobż tal-pakkett

1 qoxra ta’ lumija maħkuka

Metodu

Saħħan il-forn għal 220˚Ċ (425˚F).

Lesti tilar tal-forn u iksih bil-fojl tal-aluminju li tkun ferrixt fuqu ż-żejt. Daħħlu fil-forn biex jisħon.

Iċċattja l-isdra tat-tiġieġ u ħawwarhom bil-bżar u l-melħ.

Ħallat id-dqiq mal-paprika fuq platt kbir.

Ħabbat il-bajd mal-bżar u l-melħ fi platt ieħor.

Fi platt ieħor ħallat il-frak tal-ħobż mal-qxur tal-lumi.

Aqbad kull sider tat-tiġieġ u għaddih mid-dqiq, mill-bajd u mill-frak tal-ħobż.

Oħroġ it-tilar mill-forn u poġġi t-tiġieġ fuqu. Ferrex ftit żejt fuqhom.

Aħmi għal madwar 6 minuti. Wara aqlibhom u kompli sajjar sakemm tara li l-laħam ma jibqax roża fin-nofs u l-frak tal-ħobż isir dehbi fil-kannella.

Servi mal-patata maxx u insalata ħadra friska.