Tiġieġ stil Mediterranju

Ingredjenti

1 tiġieġa ta’ 5kg maqtugħa minn nofs

bżar iswed

2 mgħaref żejt taż-żebbuġ

1 mgħarfa butir, imdewweb

4 tadamiet kbar, bla qoxra, bla żerriegħa u maqtugħa f’4 biċċiet

ħjara, imqaxxra u mqattgħa biċċiet kwadri

8 żebbuġiet ħodor

8 żebbuġiet suwed

Metodu

Saħħan il-forn għal 220˚Ċ/425˚F.

Ixxotta t-tiġieġ u poġġihom f’dixx tal-forn, bin-naħa tal-ġilda tħares ’il fuq.

Roxx il-bżar iswed u ż-żejt u aħmi mhux mgħottija għal bejn 25-30 minuta jew sakemm tara li t-tiġieġ ikun sar.

Ittrasferixxi t-tiġieġ fuq chopping board u qattgħu f’porzjonijiet.  Poġġi fuq platt kbir li tkun se sservi fih. Idlek bil-butir imdewweb u ħalli f’ġenb f’post sħun.

Neħħi l-meraq li jkun fadal fid-dixx tal-forn u poġġi fih it-tadam, il-ħjar u ż-żebbuġ.  Aħmi fil-forn għal 5-10 minuti sakemm tara li l-ħaxix ikun sar.

B’mgħarfa poġġi l-ħaxix fuq it-tiġieġ u servi.