Tiġieġ mimli bil-kapuljat u l-lewż

Riċetta addattata minn Claudia Cini
Ingredjenti (għal 4 persuni)

  • 2 tiġiġiet ta' madwar kilo l-waħda
  • Mgħarfa butir
  • 3 mgħaref żejt
  • Basla mqatta' fina
  • 500gr kapuljat tal-ħaruf
  • 75gr lewż
  • 75gr ġewż
  • 75gr ross mgħolli bil-lest
  • Ftit bżar u melħ

Metodu:
1. Saħħan il-forn f’temperatura ta' 180C (gas mark 4).
2. Naddaf it-tiġieġ u aħsilhom.
3. Saħħan iż-żejt f'taġen kbir u aqli l-basla sa ma tirtab.
4. Żid il-kapuljat u ħallih itektek bil-mod. Qatta' l-lewż u l-ġewż u ixwih ġo kazzola sa ma jiħmar.
5. Ħawwad il-lewż, il-ġewż, ir-ross, il-bżar u l-melħ mal-kapuljat.
6. Imla t-tiġieġ bit-taħlita u idlikhom bil-butir.
7. Poġġi t-tiġieġ ġo dixx, għattihom bil-foil u sajjarhom għal madwar 3 kwarti.
8. F'nofs sajran neħħilhom il-foil u idlikhom bil-meraq li jkun ħareġ minnhom stess.
9. Qattagħhom biċċiet u servihom mal-jogurt u l-insalata.
Din ir-riċetta dehret fil-magazzin R+M 2000, maħruġ mill-Ġiżwiti Maltin.