Ingredjenti
6 mgħaref żejt taż-żebbuġa
kilo u nofs tiġieġ (sdieri u koxox)
200g żebbuġ iswed sħiħ
6 sinniet tewm mqattgħin irqaq ħafna
24 werqa tas-salvja
kikkra nbid abjad
melħ u bżar mitħun frisk
Metodu
Idlek dixx tal-forn bil-butir.
Aħsel it-tiġieġ neħħilhom il-ġilda u x-xaħam.
Saħħan iż-żejt f’taġen kbir u żid it-tiġieġ.
Sajjar it-tiġieġ fuq nar għoli għal 10 minuti sakemm tara li ħadu kulur kannella ċar.
Baxxi n-nar u żid it-tewm. Kompli sajjar għal 5 minuti.
Żid iż-żebbuġ u s-salvja, ħawwad tajjeb u sajjar għal 2 minuti.
Ferragħ l-inbid, ħawwar bil-melħ u l-bżar u ħawwad. Niżżel minn fuq in-nar u poġġi t-taħlita fid-dixx u għattiha.
Sajjar fil-forn għal 50 minuta jew sakemm tara li saret tajjeb.