Tiġieġ fil-mayonnaise

Ingredjenti

500g tiġieg imsajjar maqtugħ biċċiet

15ml żejt taż-żebbuġa

5ml ħall abjad

nofs kuċċarina mustarda

2 bajdiet mgħollija ibsin

4 żebbuġiet imqattgħa

125ml mayonnaise

weraq tal-ħass

12-il kappara

4 inċoviet

Metodu

Ħabbat tajjeb flimkien iż-żejt, il-ħall u l-mustarda.

Fil-qiegħ tal-bieqja poġġi l-weraq tal-ħass imqatta biċċiet.

Roxx il-bżar u l-melħ u t-taħlita tal-ħall.

Poġġi l-biċċiet tat-tiġieġa fin-nofs tal-ħass.

Għatti t-tiġieġ bil-mayonnaise.

Fil-wiċċ poġġi l-kappar, l-inċova mqattgħa u ż-żubbuġ.

Fl-aħħar poġġi l-bajd imqatta’ fuq nett.

Din ir-riċetta tajba biex minbarra li sservieha bħala platt, tista’ tuzaha wkoll bil-timla s-sandwiches, eċċ.