Ingredjenti
4 mgħaref żejt taż-żebbuġa
1 basla mqattgħa rqiqa
2 rjus tat-tewm mgħaffġa
2 bottijiet ta’ 400g tadam imqattgħa
kuċċarina zokkor
4 isdra tat-tiġieġ bla ġilda mqattgħa strixxi
300g għaġin penne
70g ġobon Cheddar maħkuk
50g mozzarella maħkuka
tursin imqatta’ fin
Metodu
Aqli l-basla fiż-żejt għal ftit minuti. Żid it-tewm u kompli aqli għal minuta oħra.
Ferragħ t-tadam u z-zokkor u ħawwar bil-bżar u l-melħ. Saħħan fuq nar bati għal madwar 20 minuta sakemm it-taħlita tibda tagħqad.
Ħawwar it-tiġieġ bil-bżar u bil-melħ u aqli fiż-żejt sakemm tara li jkun sar.
Saħħan il-forn għal 220˚Ċ.
Sajjar l-għaġin u wara saffih għal kollox mill-ilma. Itfgħu f’dixx tal-forn. Żid il-biċċiet tat-tiġieġ u ħawwad. Ferragħ fuq kollox it-taħlita tat-tadam. Fl-aħħar nett fil-wiċċ agħmel il-ġobon Cheddar, il-mozzarella u t-tursin.
Daħħal fil-forn għal 20 minuta sakemm tara li l-wiċċ sar kulur dehbi sabiħ.
Servi flimkien ma’ insalata ħadra.