Ingredjenti
40g ġobon maħkuk
5 mgħaref mayonnaise
2 irjus tat-tewm mgħaffġa
qoxra ta’ lumija maħkuka
nofs kuċċarina ħwawar nixfin (dried herbs)
50g frak tal-ħobż tal-pakkett
2 isdra tat-tiġieġ imnaddfa
bżar u melħ
Metodu
Saħħan il-forn għal 200˚Ċ, gas 6.
F’dixx ħallat flimkien il-ġobon, il-mayonnaise, il-qoxra maħkuka tal-lumija, it-tewm, il-ħwawar nixfin u l-bżar u l-melħ.
F’dixx ieħor poġġi l-frak tal-ħobż.
Aqbad sider wieħed wieħed u poġġihom fit-taħlita tal-mayonnaise. Ara li tkun ixxuttajthom sew biex jinksew aħjar. Poġġihom fuq il-frak tal-ħobż u agħfashom fuqu. Dawwarhom biex jinksew tajjeb.
Daħħal fil-forn għal madwar nofs siegħa sakemm jieħdu kulur dehbi u jkunu saru sew.
Servi mal-patata u l-ħxejjex li tiggosta.