Tiġieġ bil-panura stil Kiev fil-forn

Ingredjenti

6 irjus tat-tewm imqaxxrin

tursin

85g frak tal-ħobż frisk

4 isdra tat-tiġieġ imnaddfa

4 mgħaref ġobon artab

4 kuċċarini żejt taż-żebbuġa

bżar u melħ

Metodu

Saħħan il-forn għal 200˚Ċ

Fil-food processor ħallat flimkien żewġ irjus tat-tewm, it-tursin u kuċċarina żejt taż-żebbuġa.

Żid il-frak tal-ħobż  u l-bżar u l-melħ u ħallat mill-ġdid fil-food processor. Poġġi t-taħlita fuq platt.

Aqta’ b’sikkina fuq kull sider tul ta’ 5cm u imla bil-ġobon artab. Agħfas it-truf tal-qasma biex tingħalaq.

Idlek l-isdra bil-kumplament taż-żejt taż-żebbuġa u iksihom bit-taħlita tal-ħobż.

Poġġi l-isdra f’dixx tal-forn, itfa’ fuqhom il-kumplament tal-irjus tat-tewm u l-kumplament taż-żejt. Aħmi għal 20-25 minuta sakemm it-tiġieġ isir u l-frak tal-ħobż isir kulur dehbi u jqarmeċ.