Tiġieġ bil-lumi u bl-inbid

Ingredjenti

35g dqiq

nofs kuċċarina melħ

nofs kuċċarina bżar

4 isdra tat-tiġieġ imnaddfa

35g butir imqatta’

kwart ta’ kikkra nbid abjad jew brodu tat-tiġieġ

mgħarfa meraq tal-lumi

tursin imqatta’ fin (jekk trid)

Metodu

Ħallat id-dqiq, il-bżar u l-melħ.

Għatti t-tiġieġ b’folja jew borża tal-plastik u sawwat l-isdra b’lembuba biex jiġu fi ħxuna ta’ nofs ċentimetru.

Għaddi l-laħam mid-dqiq u iksi ż-żewġ naħat. Farfar iżżejjed.

Saħħan il-butir f’taġen u sajjar it-tiġieġ għal tliet minuti fuq iż-żewġ naħat. Żid l-inbid u ħalli jagħli. Baxxi n-nar u kompli sajjar għal 12-15-il minuta sakemm tara li l-laħam ikun sar.

Agħsar il-lumi fuq il-laħam u tista’ sservi. Jekk trid roxx it-tursin imqatta’ fil-wiċċ.