Tiġieġ bil-ħawħ u l-pineapple

Ingredjenti

4 isdra tat-tiġieġ maqtugħa minn nofs

4 mgħaref butir

2 tadamiet isslajsajti

1 kuċċarina cornstarch

terz ta’ kikkra meraq tal-pineapple

kwart ta’ kikkra meraq tal-lumi

1 kuċċarina qoxra ta’ lumija maħkuka

1 kuċċarina soy sauce

kwart ta’ kuċċarina sagħtar niexef (thyme)

2 mgħaref basal imqatta’

bott nofsijiet tal-ħawħ ta’ 400g

1 kikkra biċċiet tal-pineapple

Metodu

F’taġen kbir aqli t-tiġieġ fuq iż-żewġ naħat f’2 mgħaref butir. Sajjar sakemm jiħmaru u l-meraq tagħhom joħroġ ċar. Poġġi t-tiġieġ f’kontenitur.

Fl-istess taġen aqli l-basal fil-kumplament tal-butir sakemm il-basal issir. Żid it-tadam fl-aħħar ħin biex isiru ftit.

F’bieqja żgħira ħallat il-cornstarch mal-meraq tal-pineapple sakemm it-taħlita ssir lixxa. Żid il-meraq tal-lumi, il-qoxra tal-lumi, is-soy sauce u s-sagħtar.

Ferragħ din it-taħlita fit-taġen u żid it-tiġieġ.  Saħħan sakemm tibda tagħli u sajjar għal żewġ minuti sakemm iz-zalza tibda tagħqad.

Poġġi l-ħawħ u l-pineapple fuq it-tiġieġ, agħmel fuqhom ftit miz-zalza li tkun sajjar it-tiġieġ fiha u daħħal fil-forn jaħraq għal madwar 5 minuti.

Servi fuq ir-ross bi-zalza b’kollox.