Tiġi ttestjata protezzjoni t’emerġenza għal min seta’ jiġi espost għall-Covid-19

Ritratt: Pexels

Read in English.

10 persuni pparteċipaw f’testijiet fir-Renju Unit għal trattament esperimentali li għandu l-għan li joffri protezzjoni ta’ emerġenza lil persuni li setgħu ġew esposti għall-Covid-19.

Jekk it-trattament, li juża żewġ tipi differenti ta’ antikorpi kontra , ikun effettiv, ikun jista’ joffri protezzjoni lil dawk li ma jistgħux jirċievu l-vaċċin minħabba kundizjonijiet ta’ saħħa. Hemm ukoll il-potenzjal li jintuża biex jipprevjeni l-iżvilupp ta’ clusters minn każi individwali ta’ Covid-19.

Filwaqt li l-vaċċini għandhom bżonn ġimgħat biex jieħdu effett, dan it-trattament – li qed jiġi żviluppat mill-kumpanija AstraZeneca – mistenni joffri protezzjoni immedjata li tista’ ddum għal sena sħiħa.

L-ewwel testijiet saru f’Londra, fil-University College London Hospitals NHS Trust.