Irduppjata s-sentenza ta’ ħabs ta’ Oscar Pistorius

Il-Qorti Suprema ta’ Bloemfontein fl-Afrika t’Isfel żiedet is-sentenza ta’ ħabs tal-atleta Olimpiku Oscar Pistorius, li qatel lit-tfajla tiegħu Reeva Steenkamp 4 snin ilu, għal 13-il sena u ħames xhur.
Is-sentenza ngħatat fi tmiem is-smigħ ta’ appell għas-sentenza preċedenti ta’ sitt snin ħabs is-sena l-oħra.
Il-prosekuturi ħassew li s-sentenza ta’ sitt snin ħabs kienet qasira wisq, u għalhekk il-Qorti ddeċidiet li l-atleta għandu jservi l-minimu ta’ 15-il ħabs li tingħata għal każijiet ta’ omiċidju fl-Afrika t’Isfel.
Kelliem għall-familja tat-tfajla ta’ Pistorius qal li l-familja Steenkamp fl-aħħar ħadet ir-ruħ għax seħħet ġustizzja ma’ binthom.
Pistorius kien spara erba’ tiri lejn it-tfajla tiegħu minn barra l-bieb tal-kamra tal-banju f’daru f’Jum San Valentin fl-2013, minħabba li skontu ħaseb li kien daħallu ħalliel u ma ssoponiex li fil-kamra kien se jkun hemm it-tfajla tiegħu.