Tiġġudikawx lil dawk li ssalvaw – l-Isqof Grech lill-Forzi Armati

AFM

L-Isqof Mario Grech appella lill-Forzi Armati ta’ Malta biex ma jiġġudikawx lil dawk in-nies fit-tbatija li jsalvaw, biex minflok ipoġġuhom f’kategoriji jew iqisuhom inferjuri, jgħinuhom iħossuhom aħjar.

Waqt l-omelija tiegħu f’quddiesa li ċċelebrat Jum il-Forzi Armati fil-Konkatridal ta’ San Ġwann, l-Isqof t’Għawdex faħħar lill-Forzi Armati ta’ Malta talli juru li huma “għonja fl-umanità,” minkejja r-riżorsi limitati minħabba ċ-ċokon ta’ Malta. Huwa sostna li fl-umaniżmu, il-Forzi Armati ta’ Malta jgħaddu lil oħrajn bil-bosta.

L-Isqof ġab l-istorja ta’ Żakkew bħala eżempju. L-Evanġelju jiddeskrivi lil Żakkew bħala raġel “ħażin” – kien jisraq, jitkixxef għar-Rumani, iżda kien interessat f’Ġesù minħabba l-atteġġjament pożittiv ta’ Ġesù miegħu.

Ġesù tah “stedina kollha mogħdrija,” widdbu tal-iżbalji li għamel iżda ħares lejh minn isfel għal fuq, u mhux b’attitudni ta’ superjorità. Din, skont l-Isqof Grech, għandha tkun l-attitudni tal-Forzi Armati ta’ Malta huma u jwettqu xogħolhom u jilqgħu lill-barranin imsejkna għall-ewwel darba f’Malta.