Mill-inqas sebat itfal tilfu ħajjithom wara li ġġarrfet klassi fi skola primarja fil-Kenja.
L-inċident seħħ fil-belt kapitali Nairobi, ftit minuti biss wara li bdiet il-ġurnata skolastika.
Għexieren ta’ persuni weġġgħu u ttieħdu l-isptar. Ħaddiema ta’ salvataġġ qalu li kellhom diffikultà li jidħlu fl-iskola minħabba l-folol kbar li nġemgħu. s’issa l-għadd ta’ midruba tela’ għal 57.
Id-Direttur tal-iskola qed jgħid li t-tiġrif seħħ minħabba katusa tad-drenaġġ li dgħajfet il-pedamenti.